Wara l-gowl tar-rebħa ta’ Juventus fuq Inter, il-kowċ Massimiliano Allegri tkeċċa għal raġuni mhux tas-soltu: reazzjoni fil-konfront tal-plejers tiegħu stess.
Allegri fil-fatt deher jiġri lejn il-plejers tiegħu, jimbuttahom lura fil-grawnd u jgħajjat magħhom li l-logħba kienet għadha ma spiċċatx.
Il-kowċ ta’ Juventus kien jaf sew li Juventus riedu jbatu mhux ftit fl-aħħar minuti tal-logħba biex jiddefendu r-riżultat kontra skwadra li ma kien fadlilha xejn x’titlef.
Iżda jidher li din ir-reazzjoni xejn ma niżlet tajjeb, b’mod speċjali mal-attakkant Paulo Dybala, li dar lejn il-kowċ tiegħu u ndirizzah b’“oh calma.”
Sors: Sky Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com