Fl-aħħar sigħat żewġ filmati ta’ kummenti li għaddew bejn ir-referees, u bejn ir-referees u Massimiliano Allegri, qed jinxterdu sew fuq il-midja soċjali, b’xi siti saħansitra jirrappurtaw li l-FIGC se tinvestiga.

Iżda analiżi ta’ dak li seħħ tikxef kif dawn il-filmati m’huma xejn ħlief attentat ta’ qerq u skuża mill-avversarji wara t-telfa ta’ Inter kontra Juventus.

Fl-ewwel filmat, li ttieħed lejn tmiem il-logħba, Paolo Tagliavento jiġi kkwotat jgħid “recupero e vinciamo”, iżda fil-verità dan hu biss qerq għaliex ir-referee sempliċiment qal, “col recupero che facciamo?” jiġifieri frażi komuni li assistent isaqsi lill-uffiċjal ewlieni biex jara kemm se jingħata ħin żejjed.

dical-banner-1200×280

It-tieni filmat, li ħareġ bi skop wara l-ewwel wieħed biex bħallikieku jorbot iż-żewġ episodji flimkien, Allegri kien lest għall-intervisti meta jdur lejn Tagliavento u jgħidlu: “Taglia, è andato proprio bene eh…?”

Iżda hawn ukoll inbidel il-kliem biex saret interpretazzjoni malizzjuża, hekk kif Allegri ma kienx qed jirreferi għar-referee iżda għalih innifsu wara t-tkeċċija tiegħu.

Fil-fatt Allegri b’mod sarkastiku qal: “Taglia, sono andato proprio bene eh?” waqt li Tagliavento tbissem iżda tbiegħed bl-għaġla biex jevita kontroversji.

Sors: Sky Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280