Il-goalkeeper Wojciech Szczęsny qed ikun ikkritikat għad-dikjarazzjonijiet kontroversjali li għadda waqt intervista fejn kien qed jitkellem dwar il-kollega tiegħu Carlo Pinsoglio.

“Is-sena li għaddiet Pinsoglio lagħab biss 22 minuta, imma xorta waħda rnexxielu jirbaħ daqskemm rebaħ Francesco Totti,” iddikjara l-goalkeeper Pollakk.

Dan hekk kif, f’livell ta’ klabb, Pinsoglio rebaħ is-Serie A, Coppa Italia u s-Supercoppa Italiana fl-istaġun 2017/18. Dawn it-tliet trofej huma daqskemm rebaħ, dejjem fuq livell ta’ klabb, il-leġġenda ta’ Roma.

Szczęsny stqarr ukoll li Pinsoglio, li għandu 28 sena u hu t-tielet goalkeeper ta’ Juventus, hu apprezzat ferm fl-ambjent Juventin hekk kif joħloq atmosfera feliċi.

Sors: Tuttosport

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280