Perjodu diffiċli għal Leonardo Bonucci, li lbieraħ refa’ parti sew mill-ħtija wara t-telfa ta’ 3-0 li l-Italja sofriet taħt idejn Spanja.
Bonucci, ħati ewlieni tal-ewwel gowl tal-Ispanjoli, ingħata vot baxx ta’ 4,5 minn La Gazzetta dello Sport, li kkritikatu bla ħniena għall-prestazzjoni tiegħu matul din il-logħba.
“Il-kunfidenza żejda tiegħu tellfitu r-rispett. Bonucci fl-agħar tiegħu jew kważi: mimli bih innifsu, mingħajr imqar ħajta ta’ biża’ sana li żżommok attent. Jiċċaqlaq b’kunfidenza li hu l-aqwa, biex jispiċċa tard jew barra minn postu.”
Sors: La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com