Grupp imdaqqas ta’ partitarji ta’ Juventus, mill-grupp ta’ ultras Tradizione, inġabru barra Vinovo hekk kif il-plejers Juventini kienu dieħla għat-taħriġ bi preparazzjoni għal-logħba kontra Inter.

“Aħna m’aħniex hawn biex nikkontestawkom. M’għandniex għaliex nikkontestawkom. Ninsabu hawn biex ninċitawkom u daqshekk. Ma rridux nitilfu dan il-kampjonat. Dan għalina hu kampjonat tagħna li għalina jiswa ferm,” iddikjara wieħed mill-ultras lil Paulo Dybala.

Minbarra Dybala, waqfu wkoll Claudio Marchisio u Gianluigi Buffon biex jitkellmu mal-partitarji.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280