Xena mhux tas-soltu quddiem l-Allianz Stadium hekk kif minflok partitarji kuntenti u eċitati, kien hemm karozza tal-funerali, tebut fiha u mdawra minn nies imbikkma.
Dan hekk kif ingħatat l-aħħar tislima lil wieħed mill-mexxejja tal-Curva Scirea, Massimiliano Lazzarini, li miet wara li ħakmitu marda. Max il Condottiero kien jifforma parti minn grupp ta’ ultras bl-isem ta’ Gli Irriducibili qabel involva ruħu mal-Bravi Ragazzi.
Bit-tebut tiegħu miksi b’xalel u bnadar, ma setax jonqos li l-aħħar vjaġġ tiegħu jinkludi wkoll żjara qasira lill-Allianz Stadium li tant kien iħobb. Il-Ħadd, il-partitarji Juventini ddedikawlu wkoll messaġġ ta’ tislima qabel il-logħba kontra Atalanta, li tħassret minħabba s-silġ.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com