Id-difensur ta’ esperjenza Andrea Barzagli għal darb’oħra wera l-kwalità tiegħu, mhux biss fil-grawnd imma wkoll lil hinn.
Dan hekk kif Barzagli, f’nofs il-ġimgħa li għaddiet, indirizza lil sħabu qabel il-logħba kontra Napoli u enfasizza l-importanza tal-grupp u l-kollettiv. Rapporti fl-Italja jgħidu li matul id-diskors tiegħu, sħabu daru miegħu f’silenzju perfett.
Jingħad li Barzagli, fid-diskors tiegħu lill-plejers ta’ Juventus, spjegalhom xi tfisser li tirbaħ sitt kampjonati infila. Appellalhom biex jibqgħu magħquda, għaliex wara l-logħba kontra Napoli seta’ jinbidel kollox.
Dan il-ġest jidher li ħalla l-effett tiegħu għaliex Juventus mhux biss ħarġu rebbieħa 1-0, iżda l-plejers urew ukoll li kapaċi jissagrifikaw lilhom infushom u jingħaqdu meta Napoli bdew jattakkaw.
Ġest li wasal ftit jiem wara rapporti ta’ ġlieda bejn it-Taljani u s-Sud Amerikani fl-iskwadra ta’ Juventus wara t-telfa kontra Sampdoria. Massimiliano Allegri stess ċaħad din l-aħbar wara stqarrija simili mill-klabb.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com