Għal żmien wara li Juventus biegħu lil Arturo Vidal, kien jissemma ħafna li hemm raġunijiet lil hinn mill-isport. Issa aktarx li din ir-raġuni ħadet konferma uffiċjali grazzi għall-kummenti tal-kowċ nazzjonali tal-Arġentina, Jorge Sampaoli.

L-eks plejer taċ-Ċilì iddikjara hekk: “Arturo Vidal għandu problema kbira bl-alkoħol. Ma jirnexxilux jikkontrolla. Għandu bżonn imur jara speċjalsita. Darba fost l-oħrajn fuq l-ajruplan talabni biex jieħu birra, minflok qbadtu jixrob il-whisky.”

Meta kien ma’ Juventus, l-istess plejer kellu inċident ikrah ħafna (ritratt) waqt li kien qed isuq fis-sakra. L-inċident seħħ f’pajjiżu u kien ġie sospiż minn Juventus.

Sampaoli kompla li fit-tim nazzjonali taċ-Ċilì hemm problema kbira bl-alkoħol u aktarx li għalhekk li l-iskwadra falliet fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja. “Hemm ukoll Pinilla li moħħu biss fil-parties, u Medel li wkoll iħobb jiddeverti imma waqaf jixrob.”

Sors: Sportmediaset

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280