Peter Christiansen, avukat tal-attakkant Cristiano Ronaldo, iddikjara li t-tim legali jemmen fil-ġustizzja u qed jaħdem biex jikkonferma l-innoċenza tal-Portugiż. Għalhekk mhux lest li jerġa’ jħallas lil Mayorga.

Iddikjara li fl-2010 kien ħallas lil Kathryn Mayorga, allegatament vittma ta’ stupru, “fuq suġġeriment tal-konsulenti tiegħu biex iwaqqaf l-akkużi inġurjużi li kienu qed joħorġu u biex b’hekk jevita tentattivi bħalma qed nassistu għalihom issa.”

Kompla li l-idea hi li t-tim legali juri lill-ġustizzja li d-dokumenti żvelati waqt Football Leaks huma manipulati.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280