Corriere della Sera rrappurtat l-aħbar li Gianluigi Buffon iddeċieda li jirtira kif kien maħsub, jiġifieri fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Din il-gazzetta qalet ukoll li Buffon mistenni jħabbar dan fi ftit ġimgħat oħra.

Jidher li r-raġuni li wasal għal din id-deċiżjoni hija għaliex Buffon ma jixtieqx li jieħu post plejers żgħażagħ u talenti ġodda.

Buffon għadu biċ-ċans li jtemm il-karriera tiegħu bir-rebħ tat-tripletta hekk kif Juventus għadhom qed jikkompetu fit-tliet kompetizzjonijiet ewlenin.

Sors: Correre della Sera

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280