Wara l-partita kontra Genoa, in-numru wieħed ta’ Juventus kellu kliem iebes fil-konfront tas-sistema tal-VAR fejn fi kliemu sostna li din it-teknoloġija se teqred il-logħba tal-futbol u li dan se jispiċċa qisu waterpolo.
Fil-konfront bejn Genoa u Juventus din is-sistema ntużat biex ingħataw żewġ penalties, wieħed kull naħa.
“Meta kellmuna minħabba l-VAR qalulna li se tibda tintuża għall-azzjonijiet li verament ikunu dubjużi u li jistgħu jbiddlu l-andament tal-partita iżda issa l-plejers qed japprofittaw u għal kull ħaġa ta’ xejn iridu jużaw din is-sistema. Il-futbol se jispiċċa jinqatel u se jiġi qisu waterpolo.”
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com