Il-goalkeeper ta’ Juventus Gianluigi Buffon intalab joħroġ mill-irtirar u jirritorna mat-tim nazzjonali Taljan.

Dan wara li Buffon kien irtira mix-xena internazzjonali, frott id-diżappunt tal-esklużjoni tal-Italja mit-Tazza tad-Dinja li ħallietu emozzjonat ferm.

Buffon, li lagħab 175 logħba mal-Italja, intalab joħroġ mill-irtirar mill-kowċ attwali Luigi Di Biagio. “Tkellimna u pproponejtlu jilgħab tnejn jew tliet logħbiet oħra għaliex plejer bħalu m’għandux itemm il-karriera internazzjonali bil-mod li Buffon għamel kontra l-Iżvezja.”

Sors: Sky Sports

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280