Aħbar sabiħa ħafna għal Giorgio Chiellini hekk kif illum ingħata ċertifikat talli rnexxielu jġib il-Masters fl-Amministrazzjoni tal-Business. Dan żgur huwa ċertifikat li jkompli juri l-mentalità fantastika tad-difensur Juventin.

Dan jagħti wkoll sens ta’ kuraġġ lil ħafna Juventini madwar id-dinja li forsi jaqbdu jaqtgħu qalbhom meta jiġu biex jiggwadanjaw xi ċertifikat f’xi studju.

Minn hawn nixtieq nawgura r-risq lil kull min ħa jibda jagħmel l-eżamijiet tal-livell Ordinarju u Avvanzat, u dawk in-nies l-oħra li qed jaħdmu bla waqfien biex jiggwadanjaw xi ċertifikat ieħor.

Sors: juventus.com