Id-difensur ta’ Juventus Giorgio Chiellini ddikjara li minkejja t-tluq ta’ Leonardo Bonucci, l-iskwadra xorta waħda hi b’saħħitha fid-difiża.

“Għandna ħafna plejers importanti, forsi jasal xi difensur ieħor li jtina ċ-ċans li nieħdu nifs u nużaw aħjar l-enerġija. Madankollu konna ħames difensuri u issa ninsabu erbgħa ta’ livell għoli ħafna u b’karatteristiċi diversi. Minn daqshekk, m’iniex inkwetat,” qal Chiellini.

Minkejja xnigħat dwar ġlied bejn il-plejers, Chiellini ddikjara li fl-aħħar seba’ snin ra lil Bonucci, Buffon u Barzagli iktar minn kwalunkwe persuna oħra, inkluż il-familja, u li huma ħbieb.

“Fit-tajjeb u l-ħażin, Bonucci kien sħab tagħna f’kollox. Fuq livell uman se nimmissjah ħafna,” iddikjara Chiellini.

Sors: Premium Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280