Waqt li fil-passat Gonzalo Higuaín kien assoċjat man-numru 9, xi ħaġa nbidlet hekk kif il-plejer issa se jingħata n-numru 21 għal-logħob ta’ qabel l-istaġun.

Mhux magħruf jekk dan hux messaġġ jew le, għalkemm ta’ min jinnota li n-numru 9 issa hu liberu. Min jaf jekk hux jinżamm għall-akkwist li jmiss?

Ta’ min jinnota li Mauro Icardi, li magħruf għas-simbolu MI9, hu wieħed minn dawk segwiti minn Juventus. Għalkemm mhux trasferiment faċli, fl-aħħar sigħat il-kowċ ta’ Inter Antonio Conte rrepeta li l-plejer mhux parti mill-proġett tiegħu.

Sors: Tuttosport

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280