L-attakkant Arġentin Gonzalo Higuaín qed jagħmel minn kollox biex ma jitlifx il-logħba kontra Napoli.
Minkejja dan għad hemm dubju dwar jekk Gonzalo Higuaín ikunx f’saħħtu biżżejjed biex ikun jista’ jilgħab nhar il-Ġimgħa li ġej.
S’issa jidher li Gonzalo Higuaín għadu qed iħossu muġugħ, kif wieħed jista’ jistenna wara intervent kirurġiku,. L-ewwel indikazzjonijiet huma li Massimiliano Allegri se jsejjaħ lil Higuaín mal-kumplament tal-iskwadra, għalkemm dan ma jfissirx neċessarjament li se jibda l-logħba jew jidħol bħala sostitut.
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com