L-attakkant Arġentin Gonzalo Higuaín jinsab qrib li jilħaq tragward ieħor mat-tim ta’ Juventus.
Nhar il-Ħadd li ġej il-Bianconeri jiltaqgħu kontra Bologna u jekk il-Pipita jiskurja f’din il-partita jkun l-44 gowl li skurja ma’ Juventus fi 78 partita u b’hekk ikun laħaq lil Antonio Conte u lil Paolo Rossi.
Antonio Conte, li preżentement huwa kowċ ta’ Chelsea, kien skurja 44 gowl f’419-il partita filwaqt li Rossi skurja 44 gowl f’138 partita.
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com