F’dawn il-jiem, it-tim nazzjonali Taljan jinsab għaddej bit-taħriġ tiegħu fiċ-ċentru ta’ Vinovo li huwa ċ-ċentru fejn isir it-taħriġ ta’ Juventus.
Illejla t-Tim Nazzjonali Taljan jilgħab logħba ta’ ħbiberija kontra l-Olanda fl-Allianz Stadium.
Wara s-sessjoni ta’ taħriġ tas-Sibt, il-goalkeeper Mattia Perin kien mistoqsi rigward il-futur tiegħu speċjalment meta jinsab viċin li jkun imħabbar bħala akkwist ġdid ta’ Juventus.
“Wara li Genoa baqgħu fis-Serie A, mill-ewwel sostnejt li wasal il-ħin li nagħmel pass ’il quddiem fil-karriera tiegħi. Ninsab kuntent li qed nittrenjaw f’dan iċ-ċentru. Hawnhekk tista’ xxomm arja ta’ rebħ.”
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com