Fl-ewwel kummenti wara r-rebħa kontra Olympiacos, Gianluigi Buffon kien sodisfatt bir-rebħa li kisbu Juventus u kellu kliem ta’ tifħir ukoll għall-attakkant Gonzalo Higuaín fejn tenna li dan il-plejer ħaqqu l-mertu f’din ir-rebħa.

“Meta tispiċċa l-logħba kulħadd jagħti l-mertu lil Allegri, il-klabb, il-President u lil nies oħra. Però le, għaliex il-mertu għandu jieħdu Higuaín. Dan il-plejer ħaqqu kull tifħir għaliex minkejja l-kritika li jaqla’, ir-risposti jagħtihom fil-grawnd. Ninsab kuntent li reġa’ sab ix-xibka għaliex għandna bżonn ħafna lilu u l-gowls tiegħu.”

Sors: Mediaset Premium

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com