Massimiliano Allegri ħabbar il-lista tal-plejers magħżula għal partitissima kontra Napoli. L-attakkant Gonzalo Higuaín irnexxielu jagħmilha f’din il-lista wara li kien hemm xi dubji minħabba l-operazzjoni li għamel f’idejh.
Is-sorpriża f’din il-lista hija l-esklużjoni ta’ Mario Mandžukić u Benedikt Höwedes. Jidher li Mandžukić għandu problemi fil-pexxul ta’ saqajh ix-xellugija filwaqt li l-internazzjonali Ġermaniż qed ibati bi problemi muskolari.
Sors: Juventus
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com