L-internazzjonali Ġermaniż Sami Khedira serraħ ras il-partitarji Juventini li l-attakkant Gonzalo Higuaín qed jagħmel min kollox biex nhar il-Ġimgħa jilgħab il-partita importantissima kontra Napoli.

“Qatt mhi faċli wara li tagħmel operazzjoni però qed jagħmel minn kollox biex jilgħab. Illum trenja mal-iskwadra iżda ma nistax ngħid jekk kellux uġigħ jew le. Minkejja li fadal jumejn biss għal-logħba, jekk jirnexxilu jagħmilha żgur li jkun ta’ għajnuna kbira f’din il-logħba importanti ħafna.”

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280