Il-kowċ Juventin Massimiliano Allegri kellu kummenti pożittivi għall-prestazzjoni tat-tim tiegħu speċjalment għall-attakkant Gonzalo Higuaín.

Huwa sostna li meta dan il-plejer jilgħab tajjeb, awtomatikament it-tim jaqbad jilgħab tajjeb.

“Nixtieq nagħti l-kumplimenti kollha lill-plejers tiegħi għax lagħbu partita tajba ħafna. Gonzalo Higuaín reġa’ ġej għan-normalità li nafuh biha għalkemm nemmen li kapaċi joffri aktar għaliex huwa plejer eċċezzjonali. Huwa fatt magħruf li meta Higuaín jilgħab tajjeb, it-tim kollu jagħmel bħalu.”

Sors: Sportmediaset

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280