Il-kowċ tat-tim nazzjonali tal-Arġentina Jorge Sampaoli kellu kliem ta’ tifħir lejn Gonzalo Higuaín u Paulo Dybala wara li dawn tal-aħħar kienu strumentali biex Juventus avvanzaw għal fażi li jmiss tal-Uefa Champions League.
Sampaoli sostna li dawn iż-zewġ plejers huma determinanti għat-tim tagħhom.
“Ninsab kuntent għalihom it-tnejn. It-tnejn li huma wrew li huma importanti u determinanti għat-tim tagħhom. Dybala huwa plejer b’talent mill-aqwa. It-tnejn huma segwiti madwar id-dinja kollha u żgur li se jkunu ta’ għajnuna fit-tim nazzjonali.”
Sors: Tuttosport





