Nicola Higuaín, li jiġi ħu l-attakant ta’ Juventus Gonzalo Higuaín, wara l-partita bejn Napoli u Juventus sab il-ħin biex jumilja lill-President ta’ Napoli Aurelio De Laurentiis permezz ta’ Twitter. Il-messaġġ kien jgħid hekk:

“Kemm nieħu gost inħares lejn wiċċek, Aurelio, kull darba li ħija jiskurja. Nispera li qed tinżillek għasel! Għal-logħba li jmiss!”

Ftit wara Nicola ħassar it-tweet però reġa’ kitibha u magħha żied “Hahaha!!!”. Ftit tal-ħin wara, Nicola wera xi screenshots fejn juri li ġie blokkjat minn De Laurentiis u proprju minħabba f’hekk huwa reġa’ kiteb fuq Twitter:

“Issa ġejt saħansitra blokkjat! Biex tara kemm jien importanti fil-ħsibijiet tiegħek.”

Sors: TuttoJuve

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280