Din kienet it-tieni logħba konsekuttiva li Gonzalo Higuaín beda fuq il-bank tas-sostituti. Wara l-partita, Massimiliano Allegri ġie mistoqsi rigward din id-deċiżjoni fejn sostna li l-aħħar deċiżjoni dwar Higuaín ħadha huwa stess għaliex fl-opinjoni tiegħu l-Arġentin ma kienx lest biex jibda l-partita mill-bidu.
“Kelli nagħmel deċiżjoni diffiċli imma fl-interess tat-tim. Ħassejt li kien hemm plejers f’kundizzjoni aħjar minn Higuaín iżda ninsab kuntent għalih li daħal tajjeb fil-partita u żblokka r-riżultat. Higuaín qatt ma kien problema għat-tim u żgur li qatt mhu se jkun. Huwa plejer li kapaċi jagħmel differenza u jrebbħilna logħbiet importanti.”
Sors: Mediaset Premium
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com