Andrea Agnelli, il-Viċi tiegħu Pavel Nedvěd kif ukoll id-Direttur Ġenerali Beppe Marotta u Fabio Paratici warrbu l-opportunitajiet li kellhom biex jikkommettu l-futur tagħhom ma’ Juventus.

Dan hekk kif id-diriġenza ta’ Juventus ġiet konfermata kollha kemm hi, b’rikonoxximent tal-ħidma imprezzabbli li dan il-grupp ta’ uffiċjali qed jagħmlu biex il-klabb jissaħħaħ kemm fil-grawnd kif ukoll fuq livell finanzjarju.

Dan ifisser ukoll li Beppe Marotta, li kien mixtieq mill-Federcalcio biex jokkupa rwol fi ħdanha, kif ukoll l-assistent tiegħu Fabio Paratici, meqjus bħala wieħed mill-aqwa fid-dinja fil-pożizzjoni tiegħu u li kien mixtieq minn PSG, se jwarrbu dan l-interess biex ikomplu jaħdmu għal Juventus.

Jingħad li l-ftehim bejn il-partijiet kollha hu milħuq u fil-ġimgħat li ġejjin mistennija l-firem.

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280