It-trio ta’ eks diriġenti ta’ Juventus, Luciano Moggi, Roberto Bettega u Antonio Giraudo rebħu appell li għamlu kontra sentenza ta’ falsifikar tal-bilanċi f’każ relatat ma’ Calciopoli.

Id-diriġenti Juventini kienu ilhom disa’ snin jargumentaw kontra akkużi ta’ reati soċjetarji u fiskali li jmorru lura għall-perjodu bejn l-2001 u l-2006. Huma kienu ġew assoluti mill-istess akkużi u issa s-sentenza kienet konfermata wara li r-reati ġew preskritti.

Fost l-akkużi hemm dawk dwar l-akkwisti ta’ Zidane u Mutu, bit-trio ta’ Juventini dejjem jiċħad u jenfasizza li kollox sar skont ir-regoli.

Sors: TuttoJuve

Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280