Il-problemi għall-pjattaforma DAZN komplew jippersistu sa mill-bidu tal-istaġun tas-Serie A. Dan fost qtugħ tat-trażmissjoni u dewmien fix-xandira.

Għada, DAZN mistenni jxandar il-logħba bejn Parma u Juventus, bit-tħassib li DAZN mhux preparat biex ilaħħaq mad-domanda ta’ mijiet ta’ eluf ta’ persuni li mistennija jippruvaw jaraw din il-logħba.

Fid-dawl ta’ dan, il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jħabbar li se juri l-logħba permezz ta’ GO, u allura b’kummentarju Ingliż, bl-iskop li joffri l-aqwa servizz possibbli u mingħajr riskji għal dawk li se jattendu l-klabb.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280