Il-flokk kommemorattiv li Juventus lagħbu bih fil-logħba kontra Benevento, f’għeluq il-120 sena tal-klabb, kien suċċess ekonomiku għas-soċjetà.

Dan hekk kif dan il-flokk, li minnu nħarġu 1897 kopja, inħatfu f’ħamest ijiem minkejja prezz ferm ogħla mis-soltu ta’ €189. Qabel il-logħba kien għad fadal biss ftit kopji, li nħatfu, bil-konsegwenza li l-klabb daħħal madwar €358,000.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280