L-akkwist ta’ Wojciech Szczęsny qed jitqies bħala wieħed pożittiv minn Juventus, li bħala goalkeeper ta’ riserva se jkollhom lill-goalkeeper ewlieni ta’ Roma matul l-istaġun li għadda.

Iżda l-preżentazzjoni tal-plejer pront kienet segwita minn gaffe, hekk kif il-plejer qed jilbes flokk bl-isem miktub ħażin. Minflok Szczęsny (l-isem oriġinali, li madankollu suppost jinkiteb Szczesny fuq il-flokk), fuq dahar il-plejer wieħed isib il-kitba Szczesney.

Ir-ritratt ittieħed hekk kif il-plejers ta’ Juventus jinsabu fl-Istati Uniti għat-turnew International Champions Cup.

Sors: La Stampa

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280