La Nazione żvelat episodju mill-isbaħ dwar l-iskwadra ta’ Juventus hekk kif jirriżulta li l-plejers kollha riedu jmorru għall-funeral ta’ Davide Astori.

Lejlet il-funeral, Gianluigi Buffon sejjaħ lil sħabu u avżahom li rnexxielu jsib ajruplan privat biex joħodhom Firenze. “Min irid jiġi, niltaqgħu fil-lobby tal-lukanda fl-04:30,” iddikjara Buffon, li ħallas minn butu għal din it-titjira.

Minkejja li l-iskwadra kienet għadha ġejja minn logħba diffiċli kontra Tottenham, u allura bi ftit li xejn ċans ta’ rqad, il-plejers kollha qamu kmieni u nġabru biex jitilqu għall-funeral.

Madankollu ma kienx hemm spazju biżżejjed u għalhekk intgħażlu Massimiliano Allegri u l-assistent tiegħu Landucci, kif ukoll il-plejers Chiellini, Barzagli, Rugani, Benatia, Marchisio u Pjanić.

Magħhom ingħaqad ukoll Federico Bernardeschi, li minħabba li hu injured, ingħaqad mal-kumplament bi vjaġġ minn Turin.

Sors: La Nazione

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280