Il-midja internazzjonali qed tkompli tagħmel dak kollu li tista’ biex tapprofitta mill-popolarità ta’ Cristiano Ronaldo u tkompli trewwaħ il-każ tal-allegat stupru tal-attakkant ta’ Juventus.

Fl-aħħar sigħat saħansitra ssemma li l-Portugiż ħallas biex ikollu x’jaqsam ma’ Karima El Mahroug, magħrufa aħjar bħala Ruby Rubacuori li kellha esperjenza bħala prostituta mal-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi.

Skont The Sun, Ronaldo ħallas €4,000 għal avventura sesswali mat-tfajla. Dan joħroġ minn dikjarazzjoni li fil-passat kien intqal li għamlet f’Qorti fl-Italja, iżda li ġiet miċħuda ftit wara. Dan il-fatt madankollu ġie injorat totalment mill-midja.

Issa l-istess Ruby kienet sfurzata terġa’ toħroġ stqarrija tikkundanna lill-midja li użat isimha bla bażi u ċaħdet mill-ġdid din l-istqarrija.

Sors: The Sun

Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280