Minkejja li l-ħinijiet tal-logħob tħabbru b’mod uffiċjali, il-Lega mhux teskludi li jsir tibdil ulterjuri għal-logħob li fadlilhom Juventus u Napoli.

Fil-fatt l-idea hi li l-aħħar żewġ logħbiet tal-kampjonat għal Juventus u Napoli jintlagħbu fl-istess ħin, biex b’hekk ir-riżultat ta’ logħba ma jinfluwenzax l-oħra.

Dan diġà japplika għall-aħħar ġurnata tal-kampjonat, fejn il-logħob hu skedat fl-istess ħin. Issa mistenni li dan ikun estiż ukoll għal-logħob ta’ qabel, jiġifieri Roma – Juventus u Sampdoria – Napoli tat-13 ta’ Mejju.

Sors: Gazzetta dello Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280