Fid-dawl tal-mibegħda li teżisti bejn il-Juventini u n-Naplitani, għal-logħba tal-Ġimgħa ttieħdet deċiżjoni li l-plejers ta’ Juventus jingħataw protezzjoni fis-San Paolo.
Għal dan il-għan ġiet installata mina temporanja li se tipproteġi lill-plejers sakemm jaslu fil-pitch u meta jirritornaw lura kemm f’nofs il-logħba kif ukoll fi tmiemha. Dan bl-iskop li jkun evitat li l-plejers jintlaqtu minn oġġetti mitfugħa mill-partitarji.
Il-grawnd mistenni jkun mimli, għalkemm mhux se jitħallew jidħlu partitarji Juventini. Din il-miżura mistennija tiġi implimentata wkoll fil-konfront tal-partitarji Naplitani fir-ritorn, fl-Allianz Stadium.
Sors: Il Mattino
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com