Il-protesta li grupp ta’ ħaddiema ta’ Fiat f’Melfi organizzaw kontra l-wasla ta’ Cristiano Ronaldo ma’ Juventus kienet deskritta bħala flop u ġiet ikkundannata minn kull union, ħlief dik li organizzatha.

Jirriżulta li l-protesta, li saret f’impjant li jinsab ftit kilometri bogħod minn Napli, kellha attendenza ta’ ħames impjegati minn total ta’ 1,700. Dan ifisser li pprotestaw biss 0.3% tal-impjegati.

Kelliem ta’ Fiat Chrysler Automobiles iddikjara li dawk li strajkjaw kellhom biss l-intenzjoni li jiksbu ftit popolarità għal skop personali. Dan fl-isfond ta’ aħbarijiet li dawk involuti saħansitra kienu ttieħdu passi dixxiplinari kontrihom jew tkeċċew.

Fl-istess waqt, grupp ta’ unions ikkundannaw l-azzjonijiet imħabbra mill-Unione Sindacale di Base, u qalu li l-azzjonijiet tagħha ma jagħmlu xejn ħlief ikomplu jipperikolaw il-post tax-xogħol tal-ħaddiema.

Sors: Calcio e Finanza

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280