Hekk kif infetaħ mill-ġdid il-każ tal-allegat abbuż minn Cristiano Ronaldo fuq Kathryn Mayorga, il-Pulizija fl-Istati Uniti qed titħabat biex issib il-provi. Provi li mingħajrhom, dan il-każ tal-2009 jkun diffiċli li jiġi ppruvat.

Fil-jiem li ġejjin mistenni jsir eżami mediku, fejn Ronaldo jintalab jagħmel test tad-DNA. Iddikjara dan il-kelliem tal-Metropolitan Police Department lil La Stampa, fejn irrimarka li minkejja li nfetħet l-inkjesta, mingħajr provi ma jistgħux jaslu għal ħtija.

Ta’ min jinnota li dan hu każ ċivili, u mhux kriminali, li jfisser li l-agħar għal Cristiano Ronaldo tkun sentenza ta’ riżarċiment, jew aħjar għotja ta’ flus lill-allegata vittma. Dan sakemm l-investigaturi ma jipproċedux kriminalment permezz ta’ każ ieħor.

Sors: La Stampa

Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280