Il-Pulizija ta’ Las Vegas ħabbru uffiċjalment li reġgħu fetħu każ ta’ fastidju sesswali li allegatament sar fl-2009 u li fiċ-ċentru tal-akkużi hemm Cristiano Ronaldo.

L-attakkant Portugiż ta’ Juventus ċaħad l-allegazzjonijiet li kienu rappurtati fil-Ġermanja minn Der Spiegel u qal li din hi biss aħbar falza. Sadattant rappreżentanti ta’ Ronaldo ħabbru li se jieħdu azzjoni legali kontra Der Spiegel.

Il-każ hu dwar Kathryn Mayorga, li għandha 34 sena u qed tallega li ġiet attakkata mill-attakkant f’kamra ta’ lukanda fl-Istati Uniti. Minkejja li l-każ seħħ kważi għaxar snin ilu, Der Spiegel irrapporta li Mayorga ressqet rapport lill-Pulizija immedjatament wara.

Kien allegat ukoll li fl-2010 ntlaħaq ftehim barra mill-qrati, biex titħallas $375,000 u ma tipproċedix u ma xxandarx il-każ fil-pubbliku. Jidher li issa l-avukati tagħha qed jippruvaw jiddikjaraw il-ftehim bħala null.

Minkejja li ħabbru li qed jinvestigaw il-każ mill-ġdid, il-Pulizija Amerikani ddikjaraw li m’hemmx suspettat. “Il-vittma la pprovdiet dettalji tal-post fejn seħħ l-attakk u lanqas deskrizzjoni tas-suspettat.”

Sors: BBC

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280