It-titlu ta’ Juventus fil-Borża tal-Italja laħaq livell rekord, hekk kif is-soċjetà issa laħqet valur ta’ €1.7 biljun.

Minkejja dan, Juventus għadhom ferm bogħod mir-rivali internazzjonali, fosthom Manchester United b’valur ta’ €3.2 biljun u Real Madrid b’valur ta’ €3 biljun.

Il-klabb ra wkoll żieda fil-valur ta’ kull sehem, li issa żdied b’2.19% għal €1.7060, li hu wkoll valur rekord. Dan waqt li t-titlu tal-klabb kiber b’38.5% f’xahar.

Il-klabb mistenni jara wkoll żieda fid-dħul. Wara qliegħ ta’ €5 miljun mill-attendenza għal-logħba kontra Atlético de Madrid, id-dħul mil-logħba kontra Ajax mistenni jilħaq il-€5.5 miljun.

Dan apparti li d-dħul ta’ Juventus miċ-Champions League, wara l-eliminazzjoni ta’ Roma, żdied minn €93 għal €126.6 miljun li kieku Juventus jirbħu ċ-Champions League.

Sors: Tuttosport

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280