Il-midfielder internazzjonali tal-Ġermanja u plejer ta’ Juventus, Sami Khedira, ikkundanna l-użu tal-VAR li ddeskriva bħala sistema li qed teqred il-futbol.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-kompatrijott Sandro Wenger, Khedira ddikjara hekk: “Il-mod kif qed tintuża l-VAR bħalissa mhux tajjeb. Tkun tajba li kieku jirnexxielna nirregolawha aħjar, iżda fil-mument hi diżastru.”
Kompla li “fil-preżent ir-referees jidhru xi ftit jew wisq mitlufa, u l-plejers lanqas għadhom jafu jiċċelebrawx jew le wara gowl. Tlifna ħafna emozzjoni u passjoni.”
Sors: Chicago Tribune
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com