L-iskwadra ta’ Juventus fl-Allianz Stadium illum se tkun akkumpanjata minn korjografija speċjali li tfakkar il-120 sena mit-twaqqif tal-klabb.

Dan fl-istess waqt li l-plejers se jilbsu flokk kommemorattiv, mingħajr sponsors iżda bi tliet stilel fuq sidirhom. Minn dan il-flokk saru biss 1897, numru li jfakkar id-data tat-twaqqif tas-soċjetà.

Il-grawnd mistenni jkun sold out, b’madwar 42,000 persuna preżenti.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280