Il-logħba ta’ għada bejn Inter u Juventus se tfisser mhux biss logħba importanti u aktarx deċiżiva għaż-żewġ timijiet, imma wkoll rekord ġdid.
Dan hekk kif Stadio Giuseppe Meazza se jkun sold out, bi 78,328 spettatur preżenti u dħul ta’ €5 miljun li jfisser rekord assolut għall-futbol Taljan.
B’hekk se jingħeleb ir-rekord preċedenti, imwaqqaf fid-derby kontra Milan, meta d-dħul kien ta’ €4.8 miljun.
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com