Juventus uffiċjalizzaw il-lista ta’ plejers għaċ-Champions League, b’żewġ plejers li ġew esklużi.
Hekk kif mistenni, Marko Pjaca tħalla barra għaliex għadu ma rkuprax għalkollox mill-injury li sofra lejn tmiem l-istaġun li għadda, iżda mill-ġdid jispikka n-nuqqas ta’ Stephan Lichtsteiner.
Din l-esklużjoni tiġi b’sorpriża hekk kif kulħadd kien qed jistenna li jkun eskluż Kwadwo Asamoah, li sa ftit jiem ilu deher li se jsir plejer ġdid ta’ Galatasaray.
Sors: Juventus
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com