Football Finance għamlu studju intensiv rigward il-finanzjament tal-klabbs u wara dan l-istudju ppubblikaw lista tal-aktar 10 klabbs sinjuri fid-dinja.
Dan l-istudju kien ibbażat fuq ħames affarijiet: il-valur tal-plejers li hemm fit-tim, il-valur tal-klabb, il-flus li l-klabb għandu l-bank, l-investiment tal-klabb u d-dejn.
F’din il-lista Juventus jinsabu fit-tmien post. Fl-ewwel postijiet insibu lil Manchester City, Arsenal u PSG. Wara dawn it-tlieta hemm it-tim li qed jinvesti ħafna, Guangzhou Evergrande.
Tottenham, Real Madrid u Manchester United isegwu fil-postijiet ta’ wara. Iż-żewġ timijiet li jinsabu wara Juventus huwa Chelsea u Bayern München.
Sors: Tutosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com