Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero bi pjaċir iħabbar li Carmel Azzopardi hu r-rebbieħ ta’ żewġ biljetti fis-settur Sivori għal-logħba waqt li Bertram Pace rebaħ hamper.

Huma ntgħażlu bħala r-rebbieħa bl-użu ta’ programm li jtella’ numru kif ġie ġie u t-tlugħ ta’ din il-polza sar b’xandira diretta fuq Facebook (ara isfel) biex tkun żgurata l-imparzjalità u t-trasparenza.

Carmel u Bertram rebħu dawn ir-rigali, it-tnejn mogħtija lilna mingħand Dical House tal-Mosta, hekk kif kienu fost 107 membru ġdid jew li ġeddew is-sħubija tagħhom matul l-open day tas-Sibt li għadda.

Iż-żewġ rebbieħa se jiġu kkuntattjati b’mod privat fil-jiem li ġejjin.