Il-pulizija fl-Ingilterra offrew sapport lir-referee Michael Oliver, ir-referee fil-logħba taċ-Champions League bejn Juventus u Real Madrid, u lil martu.

Dan wara li r-referee Ingliż irċieva sensiela ta’ abbuż fuq il-midja soċjali, inkluż theddid fuq ħajtu u ħajjet martu, kawża tad-deċiżjonijiet arbitrali li ħa waqt din il-logħba.

Il-pulizija ħarġu wkoll twissija u avżaw lil dawk kollha li qed jikkummentaw b’mod offensiv fuq il-midja soċjali li qed jikkommettu reat. Saħansitra l-UEFA kkundannat l-abbuż fil-konfront ta’ Oliver u martu.

Sors: The Independent

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280