L-ewwel kuntratt li l-leġġenda ta’ Juventus Giampiero Boniperti ffirma ma’ Juventus, ġie rkantat fuq sit online għas-somma ta’ €6,000.

Il-kuntratt ġie akkwistat minn negozjant ta’ Turin, li għalkemm mhux Juventin iddikjara li jinsab onorat li jinsab fil-pussess ta’ “parti mill-istorja tal-futbol Taljan, dak magħmul mill-‘bandiere’ li Boniperti bħala plejer kbir, President kbir u raġel kbir jirrappreżenta, lil hinn minn kull differenza ta’ twemmin kalċistiku.”

Fl-istess irkant kien hemm ukoll, fost oħrajn, flokk ta’ Gaetano Scirea milbus fl-1985/86 (€4,000) u ta’ Michel Platini tal-istaġun 1984/85 (€3,500).

Sors: TuttoJuve

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280