Għalkemm Paulo Dybala jidher li ħareġ minn perjodu kemxejn ħażin, hu fatt magħruf li għadu ma laħaqx il-potenzjal sħiħ tiegħu.
Mistoqsi dwar dan, Beppe Marotta ddikjara li “l-intenzjoni ta’ Juventus hi li Paulo Dybala jkun is-simbolu tagħna. Hu għalhekk li investejna somma li għall-bidu forsi dehret esaġerata.”
Kompla li “Paulo Dybala għadu żgħir u nafu li rridu nistennewh. Ma rridux nistennew affarijiet kbar kull nhar ta’ Ħadd imma aħna għandna paċenzja kbira fil-konfront tiegħu. Lesti nistennewh għaliex nafu li għandu biex jippremja l-fiduċja tagħna b’affarijiet straordinarji.”
Sors: Rai Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com