Wara li Kathryn Mayorga akkużat lil Cristiano Ronaldo li stupraha f’kamra ta’ lukanda lura fl-2009, issa l-akkużi qed ifaqqsu b’rata mgħaġġla.
Dan hekk kif, skont l-avukat ta’ Mayorga, hu ġie kkuntattjat minn mara oħra wara li ħareġ fil-beraħ bl-istorja tal-klijenta tiegħu. L-informazzjoni waslitlu permezz ta’ telefonata minn mara li ma tax dettalji dwarha u qal li qed jipprova jivverifika l-informazzjoni.
Jidher li l-mara qed takkuża lil Ronaldo li, flimkien ma sieħbu, stupraw lilha u lil ħabibitha erba’ snin qabel, fl-2005. Jingħad li l-każ seħħ f’penthouse tal-lukanda Sanderson, f’Londra, iżda l-Pulizija kienu waqqfu l-investigazzjoni meta waħda mit-tfajliet irtirat l-istorja.
Hawn ukoll Ronaldo jiċħad l-akkużi, iżda grupp ta’ Membri Parlamentari u attivisti favur id-drittijiet tan-nisa jridu li tinfetaħ mill-ġdid l-investigazzjoni.
Sors: Daily Mail
Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com