Wara l-partita kontra Atalanta, Massimiliano Allegri ġie mistoqsi rigward id-deċiżjonijiet li ttieħdu permezz tal-VAR. Huwa tenna li din it-teknoloġija għandha tintuża biss għal deċiżjonijiet oġġettivi u mhux suġġettivi.
“Jekk il-football irriduh li jkun sport allura mhux qed ikun hekk, b’hekk qed nużaw il-VAR għal kull inċident. Jekk se nibqgħu sejrin hekk, se jasal Marzu fejn kull azzjoni se tispiċċa tkun deċiżiva u l-logħob jibdew idumu tliet jew erba’ sigħat.”
Sors: Mediaset Premium
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com