Cristiano Ronaldo għandu missjoni speċjali fil-logħba ta’ llejla kontra Torino: li jgħin lill-iskwadra tiegħu tirbaħ id-derby biex isalva lin-nanna ta’ kit manager ta’ Juventus.

Iddikajra dan l-attakkant Portugiż li f’intervista lil Tuttosport irrepeta dak li qallu wieħed mill-kit managers ta’ Juventus. “Avviċinani u qalli: ‘Jekk jogħġbok, hemm bżonn li nirbħu inkella nannti…”

Għalkemm ma kompliex id-dikjarazzjoni li qallu l-kit manager, Ronaldo kien qed jirreferi għall-mewt tan-nanna tal-kit manager.

“Kien hawn li fhimt li l-partitarji Juventini ma jifilħux jitilfu għallinqas kontra żewġ skwadri matul l-istaġun tas-Serie A: Inter u Torino.”

Sors: Tuttosport

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280